Dwar
L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) (Kap. 496) jagħti lill-pubbliku d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-Awtoritajiet Pubbliċi, u b’hekk tiżdied it-trasparenza u l-kontabbilità.
"
X’inhu l-proċess?
1. Applika
Agħmel it-talba tiegħek lill-Awtorità Pubblika tal-għażla tiegħek.
2. Reviżjoni
It-talba tiegħek tiġi riveduta mill-awtorità rispettiva.
3. Tweġiba
L-awtorità rispettiva se tagħtik tweġiba
X’għandek tkun taf
X’nista’ nitlob?
Dokument miżmum għand l-Awtorità Pubblika.
Min jista’ japplika?
Persuna ta’ nazzjonalità Maltija jew tal-UE/ŻEE.
X’tip ta’ tweġiba għandek tistenna?
Aċċess għad-dokument jista’ jingħata, jista’ jingħata parzjalment, u jista’ ma jingħatax.
Għal aktar dettalji żur l-Att dwar l-FOI .